Go to content

Marija Omm Alla - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-IMQADDSA VERĠNI MARIJA OMM ALLA
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb tan-Numri (6:22-27)

Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: «Kellem lil Aron u lil uliedu u għidilhom: “Meta tbierku lil ulied Israel, hekk għandkom tgħidulhom:
Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik is-sliem!”
Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Israel, u jiena nberikhom.»
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 2 ta’ Jannar: San Bażilju l-kbir u San Girgor Nazjanzenu, isqfijiet u dutturi tal-Knisja (TO). Qari: 1 Ġwanni 2:22-28; Salm 97:1.2-3ab.3ċd-4; Ġwanni 1:19-28.
It-Tlieta 3 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied / L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù (T). Qari: 1 Ġwanni 2:29 – 3, 6; Salm 97:1.3ċd-4.5-6; Ġwanni1:29-34.
L-Erbgħa 4 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied. Qari: 1 Ġwanni 3:7-10; Salm 97:1.7-8.9; Ġwanni 1:35-42.
Il-Ħamis 5 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied. Qari: 1 Ġwanni 3:11-21; Salm 99:2-5; Ġw 1:43-51.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied. Qari: 1 Ġwanni 5:5-13; Salm 147:12-13.14-15.19-20; Mark 1:7-11 jew Luqa 3:23-38.
Is-Sibt 7 ta’ Jannar: Ferja ta’ żmien il-Milied / San Rajmond ta’ Penyafort, presbiteru (T). Qari: 1 Ġwanni 5:4-21; Salm 149:1-2.3-4.5 u 6a u 9b; Ġwanni 2:1-11.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content