Marija Omm Alla A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Marija Omm Alla - Sena A
NIDDERIEĠU ŻMIENNA

Illum, fil-bidu tas-sena ċivili, il-Knisja tiċċelebra s-Solennità ta’ Marija, Omm Alla, u tistieden lil uliedha jitolbu għall-paċi.

Iż-żmien huwa rigal ta’ Alla u qatt mhu kif irriduh aħna. Twil wisq, qasir wisq, imħawwad, tirann, mhux f’waqtu. Kważi qatt mhu ż-żmien it-tajjeb, kważi qatt ma jaqbel ma’ xewqatna. Il-waqtiet is-sbieħ itiru, dawk ta’ dwejjaq itulu. U kemm hi ħaġa tqila tqabbel iż-żmien mal-mod kif inkunu qed inħossuna! Il-Knisja, fl-għerf tagħha, tibda s-sena l-ġdida b’indikazzjoni preċiża: aħna msejħin, bħal Marija, biex nidderieġu żmienna, inwessgħuh, indaħħluh f’dimensjoni profonda, spiritwali, immexxuh lejn ixfqa wesgħin. Hu biss minn din in-naħa, min-naħa tar-ruħ, li ż-żmien jikseb dawl u siwi differenti u jagħtina sorpriżi kbar. Nitgħallmu, b’hekk, intawlu ż-żmien, ingawduh, nagħżluh. Luqa jgħidilna li Marija, f’nofs it-taħwida li bilfors kellha tinqala’ bit-twelid ta’ binha, seħħilha tgħaqqad il-bċejjeċ flimkien, tgħożż il-ġrajjiet f’qalbha, torbothom flimkien u ssibilhom tifsira. Aħna u nimitaw lill-ewwel waħda fost id-dixxipli, nistgħu nagħtu orjentazzjoni lilna nfusna fl-2023. F’kull ħaġa li tiġri, fl-hena u fin-niket, jekk inħarsu lejn kif jaħsibha Alla, ma nitħawdux.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content