L-Epifanija tal-Mulej
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (60:1-6)
Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej! Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u s-sebħ tiegħu jfiġġ fuqek. Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek, u s-slaten fid-dija tas-sebħ tiegħek. Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara: ilkoll miġbura ġejjin għandek. Uliedek ġejjin mill-bogħod, u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn. Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid tal-ibħra, u l-għana tal-ġnus jiġi għandek. Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa; ilkoll minn Seba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Żmien ta’ Matul is-Sena - Lezzjonarju Ferjali II/1
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 8 ta’ Jannar: Il-Magħmudija tal-Mulej (F). Qari: Isaija 55:1-11 jew 1 Ġwanni 5:1-9; Salm Isaija 12:2-3.4bċd.5-6; Mark 1:7-11.
■ It-Tlieta 9 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 1:9-20; Salm 1 Samwel 2:1.4-5.6-7.8abċd; Mark 1:21-28.
■ L-Erbgħa 10 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 3:1-10.19-20; Salm 39:2 u 5.7-8a.8b-9.10; Mark 1:29-39.
■ Il-Ħamis 11 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 4:1-11; Salm 43:10-11.14-15.24-25; Mark 1:40-45.
■ Il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 8:4-7.10-22; Salm 88:16-17.18-19; Mark 2:1-12.
■ Is-Sibt 13 ta’ Jannar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T) / Sant’Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: 1 Samwel 9:1-4.17-19;10:1a; Salm 20:2-3.4-5.6-7; Mark 2:13-17.
F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.