L-Epifanija - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Epifanija tal-Mulej
ĠEW MILL-BOGĦOD
 
Il-kelma “Epifanija”, li hi mnissla mill-Grieg, tfisser “id-dehra tal-Mulej”. Fil-Milied ukoll iċċelebrajna d-dehra tal-Mulej fostna bħala bniedem. Iżda filwaqt li l-protagonisti tal-Milied huma kollha Lhud: Marija, Ġużeppi, ir-rgħajja. Fl-Epifanija l-protagonista huma l-Maġi, li ġew jagħtu qima lis-“Sultan tal-Lhud li twieled”. Huma ġew mill-bogħod, mil-Lvant. U l-Epifanija hija sewwasew il-Milied tal-Knisja tal-Lvant. Fiha niċċelebraw is-salvazzjoni ta’ dawk in-nies li mhumiex Lhud, mela li ma kinux jagħmlu sehem mill-poplu l-magħżul ta’ Alla. Hawn reġgħet qed issir enfasi li s-salvazzjoni ta’ Ġesù hija universali, u li Ġesù huwa s-Salvatur tal-bnedmin kollha ta’ kull żmien, ta’ kull razza u ta’ kull lewn. Ġesù huwa s-Salvatur universali. Fir-rakkont ta’ Mattew insibu żewġ kategoriji ta’ nies li riedu jsibu lil Ġesù. Hemm il-Maġi nfushom li ġew mill-bogħod wara li raw sinjali fis-sema tat-twelid tas-Sultan il-kbir u marru jfittxuh biex iqimuh u jagħtuh ir-rigali. Il-fatt innifsu li ġew mill-bogħod juri l-fehma retta u s-sinċerità tal-qalb ta’ dawn in-nies. Imma mbagħad niltaqgħu wkoll ma’ kategorija oħra: dawk li jfittxu lil Ġesù imma biex ifixkluh. Fir-rakkont jinħoloq kuntrast qawwi bejn Erodi u l-Maġi. Insibu lil Erodi, li donnu qiegħed jippersonifika li dawk kollha li f’ħajjet Ġesù fittxuh biex jonsbuh u baqgħu baqgħu sa ma kkundannawh għall-mewt u rawh imsallab. Ninnutaw il-wiċċ b’ieħor ta’ Erodi: “Meta ssibuh, ejjew għiduli, biex jien ukoll niġi nqimu.” Dan kien dak li ħtija tiegħu Ġesù sa minn ċkunitu għadda ħajja ta’ refuġjat sa ma waslet is-siegħa li joħroġ fil-beraħ biex ixandar il-bxara t-tajba u jtemm ħajtu fuq is-salib għall-imħabba tagħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content