L-Epifanija B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-Epifanija sena B
ID-DEHRA TAL-MULEJ

«Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew.» Kull bniedem li jibda jterraq lejn Alla jkun jeħtieġ il-kwiekeb biex iwassluh lejn id-dehra ta’ Alla moħbi. Il-laqgħa ma’ xhud tingħaraf bid-dinja tad-dawl u b’sens qawwi ta’ ferħ tassew. «Il-qaddisin – jgħid Bergson – ma għandhom jagħmlu xejn ħlief jeżistu: l-istess eżistenza tagħhom hija appell.» Il-festa tal-Epifanija, jew tad-dehra tal-Mulej, issejħilna mhux biss biex inħarsu lejn ix-xhieda mdawla, iżda biex inkunu kwiekeb, għax illum ukoll hemm il-maġi – jew nies li jfittxu lil Ġesù bla ma jafu kif jaslu għandu. U llum ukoll għad hemm l-“erodijiet” li jridu jfixklu lil dawk li jfittxu u jitfu s-sens ta’ Alla. Isaija jistiednek: «Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!» (60: 1). Qisu qed jgħid lil kull wieħed minna: «Int Epifanija, dehra ta’ dawl li twassal lejn id-dawl.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content