Go to content

L-34 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-34 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb ta’ Samwel (5:1-3)

F’dak iż-żmien, it-tribujiet kollha ta’ Israel ġew għand David f’Ħebron u qalulu: «Arana, għadmek u laħmek aħna! Fl-imgħoddi, meta Sawl kien sultan fuqna, kont int li kont toħroġ lil Israel għall-gwerra u ġġibhom lura, u l-Mulej qallek: “Int għad tirgħa l-poplu tiegħi u tkun prinċep fuq Israel.”»
U x-xjuħ kollha ta’ Israel ġew għand is-Sultan f’Ħebron u s-sultan David għamel patt magħhom f’Ħebron quddiem il-Mulej; u lil David dilkuh sultan fuq Israel.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 24 ta’ Novembru: Sant’Andrija Dûng Lac, presbiteru u sħabu, martri (TO). Qari: Danjel 1:1-6.8-20; Salm Danjel 3:52-56; Luqa 21:1-4.
It-Tlieta 25 ta’ Novembru: Ferja / Santa Katerina ta’ Lixandra, verġni u martri (T). Qari: Danjel 2:31-45; Salm Danjel 3:57-61; Luqa 21:5-11.
L-Erbgħa 26 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 5:1-6.13-14.16-17.23-28; Salm Danjel 3:62-67; Luqa 21:12-19.
Il-Ħamis 27 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 6:12-28; Salm Danjel 3:68-74; Luqa 21:20-28.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 7:2-14; Salm Danjel 3:75-81; Luqa 21:29-33.
Is-Sibt 29 ta’ Novembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Danjel 7:15-27; Salm Danjel 3:82-87; Luqa 21:34-36.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content