Go to content

L-34 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu  - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (34:11-12.15-17)

Dan jgħid Sidi l-Mulej: Arawni, hekk jien sa nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom. Bħalma r-ragħaj jaħseb fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerrda tiegħu, hekk naħseb jien fin-nagħaġ tiegħi, u nsalvahom minn kull fejn xterdu fi żmien is-sħab u s-swied tal-ajru.
Jiena stess nirgħa n-nagħaġ tiegħi, u jiena nserraħhom. Oraklu ta’ Sidi l-Mulej. Jiena nfittex il-mitlufa, irreġġa’ lura l-imxerrda, ninfaxxa l-ġrieħi tal-miġrugħa, u nqawwi l-marida. Inħares is-smina u l-qawwija, u nirgħahom bil-ġustizzja.
Imma għalik, merħla tiegħi, hekk jgħid Sidi l-Mulej: Ara, jiena nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa, bejn imtaten u bdabad.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
KRISTU FUQ IS-SUFAN

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju

It-Tnejn 27 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 1:1-6.8-20; Salm Danjel 3:52.53.54.55.56; Luqa 21:1-4.
It-Tlieta 28 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 2:31-45; Salm Danjel 3:57.58.59.60.61; Luqa 21:5-11.
L-Erbgħa 29 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Danjel 5:1-6.13-14.16-17.23-28; Salm Danjel 3:62.63.64.65.66.67; Luqa 21:12-19.
Il-Ħamis 30 ta’ Novembru: Sant’Andrija, appostlu (F). Qari: Rumani 10:9-18; Salm 18:2-5; Mattew 4:18-22.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Diċembru: Ferja. Qari: Danjel 7:2-14; Salm Danjel 3:75.76.77.78.79.80.81; Luqa 21:29-33.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Danjel 7:15-27; Salm Danjel 3:82.83.84.85.86.87; Luqa 21:34-36.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content