L-34 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-34 Ħadd matul is-sena - Sena A
IR-RIGAL U ALLA

«Xi rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi?» It-tweġiba tas-salmista hi: «Ngħolli l-kalċi tas-salvazzjoni, u isem il-Mulej insejjaħ.» Is-salmista jerfa’ għajnejh ’il fuq. Din il-ħarsa sseħħ għal kollox bit-tweġiba ta’ Ġesù fil-Vanġelu magħruf tal-ġudizzju universali: «Tassew ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.» L-imħabba vertikali ssir awtentika jekk wieħed ma jittraskurax l-imħabba orizzontali (u bil-maqlub). X’nistgħu nagħtuh lil Alla? Xejn. Kollox tiegħu! L-imħabba tal-proxxmu hija ħaġa li biha nistgħu, biex ngħidu hekk, inħallsu lil Alla! Kien hu li ried li jsir hekk. Kull wieħed minna mela għandu jagħraf il-proxxmu tiegħu għaliex Kristu hemm jiltaqa’ magħna. Naturalment, l-espressjoni “inħallsu lil Alla” mhijiex adatta. Kollox hu tiegħu, anki l-ġid li nagħmlu. Għalhekk, aktar milli nħallsu lil Alla, jixraq ngħidu li Alla ta rigal lilna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content