L-24 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (32:7-11.13-14)
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Mosè: «Mur u inżel, għaliex tħassar il-poplu tiegħek, li inti tellajt mill-Eġittu. Malajr warrbu mit-triq li jiena wrejthom: għamlu għalihom għoġol tal-metall imdewweb, niżlu wiċċhom fl-art iqimuh, u offrewlu sagrifiċċju u qalu: “Dawn huma l-allat tiegħek, Israel, li tellgħuk mill-art tal-Eġittu.”»
U l-Mulej issokta jgħid lil Mosè: «Jiena ħarist lejn dan il-poplu, u rajt li hu poplu ta’ ras iebsa. Ħallini waħdi, issa, ħalli nixgħel il-korla tiegħi għalihom u neqridhom. U lilek nagħmlek ġens kbir.»
Mosè mbagħad talab bil-ħniena quddiem il-Mulej, Alla tiegħu, u qal: «Għaliex, Mulej, tixgħel bil-korla tiegħek għall-poplu tiegħek, li int, b’ħila kbira u b’id qawwija, ħriġtu mill-art tal-Eġittu? Ftakar f’Abraham, f’Iżakk u f’Israel, il-qaddejja tiegħek, li int ħliftilhom bik innifsek u għidtilhom: “Inkattar in-nisel tagħkom bħall-kwiekeb tas-sema, u din l-art kollha, li jien wegħedt, nagħtiha lil nisilkom bħala wirt għal dejjem.”»
U l-Mulej nidem mill-ħsara li qal li kien sa jagħmel lill-poplu tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 12 ta’ Settembru: Ferja / L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija (T). Qari: 1 Korintin 11:17-26.33; Salm 39:7-10.17; Luqa 7:1-10.
■ It-Tlieta 13 ta’ Settembru: San Ġwann Krisostmu, Isqof u Duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Korintin 12:12-14.27-31; Salm 100:1-3.5.6; Luqa 7:11-17.
■ L-Erbgħa 14 ta’ Settembru: L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes (F). Qari: Numri 21:4-9; jew Filippin 2:6-11; Salm 77:1-2.34-38; Ġwanni 3:13-17.
■ Il-Ħamis 15 ta’ Settembru: Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri (TO). Qari: Lhud 5:7-9; Salm 30:2-6.15-16.20; Ġwanni 19:25-27.
■ Il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru: San Kornelju, Papa u San Ċiprijanu, Isqof, Martri (TO). Qari: 1 Korintin 15:12-20; Salm 16:1.6-8.15; Luqa 8:1-3.
■ Is-Sibt 17 ta’ Settembru: Ferja / San Robertu Bellarmino, Isqof u Duttur tal-Knisja (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 1 Korintin 15: 35-37. 42-49; Salm 55: 10-14; Luqa 8: 4-15.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.