Go to content

L-24 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-24 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (27:30-28:7)

Għadab u qilla, dawn ukoll ta’ min jistmerrhom, u l-bniedem midneb mimli bihom. Min ifittex jitħallas b’idejh, isib ħlasu mingħand il-Mulej, li jifli sewwa dnubietu. Aħfer lill-proxxmu dnubietu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek.
Bniedem irawwem għadab għal ieħor, u mbagħad sa jfittex fejqan mingħand il-Mulej? Minn bniedem bħalu m’għandux ħniena, u mbagħad sa jitlob għal dnubietu? Jekk bniedem jibqa’ mgħaddab, min sa jpattilu għal dnubietu?
Ftakar fl-aħħar ta’ ħajtek, u ieqaf mill-mibegħda; ftakar fit-taħsir u l-mewt, u oqgħod għall-kmandamenti. Ftakar fil-kmandamenti u tobgħodx il-proxxmu; ftakar fil-patt tal-Għoli u agħlaq għajnejk għall-offiża.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 18 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Timotju 2:1-8; Salm 27:2.7.8-9; Luqa 7:1-10.
It-Tlieta 19 ta’ Settembru: Ferja / San Ġennaru, isqof u martri (T). Qari: 1 Timotju 3:1-13; Salm 100:1-2ab.2ċd-3ab.5.6; Luqa 7:11-17.
L-Erbgħa 20 ta’ Settembru: San Andrija Kim Taegon, presbiteru, u San Pawl Chong Hasang, u sħabhom, martri (TO). Qari: 1 Timotju 3:14-16; Salm 110:1-2.3-4.5-6; Luqa 7:31-35.
Il-Ħamis 21 ta’ Settembru: San Mattew, appostlu u evanġelista (F). Qari: Efesin 4:1-7.11-13; Salm 18:2-5; Mattew 9:9-13.
Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Timotju 6:2ċ-12; Salm 48:6-7.8-10.17-18.19-20; Luqa 8:1-3.
Is-Sibt 23 ta’ Settembru: San Piju ta’ Pietrelcina, presbiteru (TO). Qari: 1 Timotju 6:13-16; Salm 99:2.3.4.5; Luqa 8:4-15.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content