L-24 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-24 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-MAĦFRA U TRIQ LEJN ALLA

«Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-Smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom.» Meta tagħti lill-bniedem tkun qed tislef lil Alla. Il-maħfra li tagħti lill-bniedem hija t-triq li twassalna lejn il-maħfra ta’ Alla. Dan hu li qed jgħidilna l-Vanġelu. X’nistgħu nagħtuh lill-Mulej? Min jista’ jitqiegħed daqs Alla? Ħadd. Ma jistax ikun. Iżda l-Mulej jagħtina l-possibbiltà billi jingħata u jaħfer lill-aħwa. Alla jrid jingħata, iżda biex inkunu nistgu nilqgħuh irridu nagħmlulu l-ispazju fina nfusna. Dan l-ispazju ma jinħalaqx billi niżvojtaw lilna nfusna. L-ideal Nisrani mhuwiex il-vojt passiv ta’ xi wħud mill-mistiċi. Il-ħajja Nisranija hija l-milja tal-imħabba, hija l-empatija u l-kumpassjoni. Il-ħajja Nisranija hija li nilbsu lil Kristu, is-Samaritan it-tajjeb tagħna, li miel biex idewwi l-ġerħat tagħna. Lil Alla ma tagħmillux spazju bid-distakk għan fih innifsu, iżda bir-relazzjoni. Aħna u nġeddu r-relazzjonijiet miġruħin, inkunu ġa nagħtu spazju lil Alla, għax hu biss iqajjem. U x’inhi l-maħfra jekk mhux l-aqwa qawmien?
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content