Go to content

L-20 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-20 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (38:4-6.8-10)

F’dak iż-żmien, il-prinċpijiet marru jgħidu lis-sultan: «Ħalli jinqatel Ġeremija, għax b’dan il-kliem li qiegħed jgħidilhom qiegħed jaqta’ qalb is-suldati li fadal f’din il-belt u qalb il-poplu kollu. Tassew, bniedem bħal dan mhuwiex ifittex il-ġid ta’ dan il-poplu, imma l-qerda tiegħu.» U s-sultan Sedekija qalilhom: «Araw, f’idejkom, hu! Għax is-sultan ma jista’ jagħmel xejn magħkom.»
U ħadu lil Ġeremija u xeħtuh fil-bir ta’ Malakija, bin is-sultan, li kien fil-bitħa tal-għassa; imbagħad lil Ġeremija niżżluh bil-ħbula f’dan il-bir; ilma ma kienx fih, imma ħama biss; u Ġeremija għodos fil-ħama.
Għebed-melek ħareġ mill-palazz tas-sultan, mar ikellmu u qallu: «Sidi s-sultan, dawn in-nies ġiebu ruħhom ħażin f’kulma għamlu lil Ġeremija, il-profeta, li xeħtuh fil-bir, u dalwaqt imut bil-ġuħ, għax ma baqax ħobż fil-belt.» Is-sultan imbagħad ordna lil Għebed-melek, il-Kusi, u qallu: «Ħu miegħek tlitt irġiel minn dawn u mur tella’ lil Ġeremija, il-profeta, mill-bir, qabel ma jmut
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 18 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: Imħallfin 2:11-19; Salm 105:34-37.39-40.43ab.44; Mattew 19:16-22.
It-Tlieta 19 ta’ Awwissu: Ferja / San Ġwann Eudes, presbiteru (T). Qari: Imħallfin 6:11-24a; Salm 84:9.11-14; Mattew 19:23-30.
L-Erbgħa 20 ta’ Awwissu: San Bernard, abbati u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Imħallfin 9:6-15; Salm 20:2-7; Mattew 20:1-16a.
Il-Ħamis 21 ta’ Awwissu: San Piju X, papa (TO). Qari: Imħallfin 11:29-39a; Salm 39:5.7-10; Mattew 22:1-14.
Il-Ġimgħa 22 ta’ Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina (TO). Qari: Rut 1:3-6.14b-16.22; Salm 145:5-10; Mattew 22:34-40.
Is-Sibt 23 ta’ Awwissu: Ferja / Santa Roża ta’ Lima, verġni (T) / Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Rut 2:1-3.8-11; 4:13-17; Salm 127:1-5; Mattew 23:1-12.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content