L-20 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-20 Ħadd matul is-sena Ċ
SINJAL TA KONTRADIZZJONI
 
Il-Kelma tal-lum tgħidilna li x-xandir tal-Vanġelu hu sinjal ta’ kontradizzjoni. Id-dinja, li l-Missier tant ħabbha li bagħat lil Ibnu, tgħix bid-diqa l-indħil ta’ Alla u tagħżel id-dlam flok id-dawl.

Ġesù jgħid, huwa u jitkellem fuqu nnifsu, filwaqt li jistħajjel l-evoluzzjoni li kien sa jgħaddi minnha l-messaġġ tiegħu. Wara l-waqgħa ta’ Ġerusalemm bil-ħidma tar-Rumani u l-qerda tat-Tempju, is-segwaċi tan-Nazzarenu kellhom ikunu maqtgħin mill-komunità mir-rabbini u dan kien sa jġib qasma ta’ wġigħ kbir li ma titfejjaqx fi ħdan il-komunità Nisranija li kienet għadha kif twieldet. Sal-lum ħafna għadhom jgħaddu mill-kontradizzjoni li jsibu fi Kristu familja ġdida, rabtiet ġodda li jtulu ma’ aħwa li jemmnu u fl-istess ħin, nuqqas fir-rabta u fil-ftehim ma’ qrabatu tad-demm. Rajt ġenituri jitgħaddbu fferuċjati għall-għażliet radikali ta’ wliedhom li qatgħuha li jikkonsagraw ħajjithom għas-Saltna. Iżda, bla ma tasal s’hemm, naħseb li lilek ukoll, għażiż qarrej, ġralek li rajt l-atteġġament lejk jinbidel fl-uffiċċju jew fl-iskola sewwasew minħabba l-għażla evanġelika tiegħek. Jekk aħna tabilħaqq dixxipli għandna fil-kont xi kuntrast, xi tbatija żejda: ħadd minna mhu akbar mill-Imgħallem: jekk ippersegwitaw lilu sa jippersegwitaw lilna wkoll.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content