L-20 Ħadd matul is-sena Ċ
L-IMĦABBA TIKXFEK
«Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!» Jekk trid taqbel ma’ kulħadd, taħsibx, ħallik mill-ideali, temminx... tħobbx... Iżda jekk trid tħobb, tinkixef, għax l-imħabba – l-Imħabba – tikxfek. Ma tibqax newtru u ma tistax tibqa’ biered. L-imħabba fit-tifsira tagħha tinteressa ruħha, tieħu direzzjoni, tħalli lil min jimplikaha. L-Imħabba tkebbsek bin-nar, iddawwal dlamijietek u ġġagħlek issejjaħ minn ġewwa kull ħaġa b’isimha. L-imħabba vera toħloq is-sewwa, tgħix bis-sewwa. Minn dakinhar li l-Imħabba tgħammdek minn ġewwa, ma tistax taċċetta kollox, għax is-Sens li tasal għalih u tħossu mhuwiex fehma fost ħafna fehmiet, hu l-Verità, unika u irreperibbli, hu wiċċ, hu leħen li jitlob wegħda u ma jaċċettax kompromessi. F’dan is-sens, u sewwasew għall-fedeltà lejn l-għaqda imħabba-verità, Ġesù jġib il-firda. Wara kollox, il-firda ta’ barra tagħmel anqas ħsara mill-firda ta’ ġewwa, mill-qerq u l-wiċċ b’ieħor.