Go to content

L-20 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-20 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (56:1.6-7)

Dan jgħid il-Mulej: «Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja, għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet, u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt tfeġġ. Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh, u biex iħobbu isem il-Mulej, u jkunu qaddejja tiegħu, kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi, lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi, u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi. Il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom ikunu jogħġbuni telgħin minn fuq l-altar tiegħi, għax dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 17 ta’ Awwissu. Ferja. Qari: Eżekjel 24:15-24; Dewteronomju 32:18-21; Mattew 19:16-22.
It-Tlieta 18 ta’ Awwissu. Ferja. Qari: Eżekjel 28:1-10; Dewteronomju 32:26-28.30.35ċd-36ab; Mattew 19:23-30.
L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu: Ferja / San Ġwann Eudes, presbiteru (T). Qari: Eżekjel 34:1-11; Salm 22:1-6; Mattew 20:1-16a.
Il-Ħamis 20 ta’ Awwissu: San Bernard, abbati u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Eżekjel 36:23-28; Salm 50:12-15.18-19; Mattew 22:1-14.
Il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu: San Piju X, papa (TO). Qari: Eżekjel 37:1-14; Salm 106:2-9; Mattew 22:34-40.
Is-Sibt 22 ta’ Awwissu: L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina (TO). Qari: Eżekjel 43:1-7a; Salm 84:9ab-14; Mattew 23:1-12.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content