L-20 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-20 Ħadd matul is-sena - Sena A
ĦBIBERIJA INTIMA U PROFONDA

Meta nitkellem dwar koppja għandi d-drawwa ngħid: «L-istennija tħassar il-ftehim.» Naħseb li din il-verità tiswa mhux biss għall-koppji, iżda anki għall-ħbiberija b’risq rabta intima u profonda mal-Mulej. Din l-idea tista’ titqies bħala muftieħ biex wieħed ifisser l-imġiba ta’ Ġesù f’dal-Vanġelu: jidher li l-Mulej qed jilgħabha tal-prezzjuż, iżda kif?! Kif jista’ jagħmel dan, dak li sar bniedem «huwa u jxejjen lilu nnifsu»? U kif jitkellem dwar salvazzjoni u ġrazzja esklusiva – «Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Israel» – hu li jingħata, bla ma jżomm xejn għalih sal-aħħar nifs lil kulħadd u għal kulħadd? Il-muftieħ biex infissru l-istqarrija ta’ Ġesù hu dak li semmejt fil-bidu: Ġesù ma jridx stennija. Ħadd ma għandu jedd għall-grazzja. Il-grazzja hi hekk għax hi grazzja, mela mhijiex mertu miksub. Jeħtieġ, għalhekk, nevitaw l-istennija għax hi teqred il-ftehim, tħassar l-għaqda. U jekk inħarsu sew, l-imġiba tagħha jbiegħed l-effett mixtieq: il-mara Kangħanija ma taqbilx u tieħu għaliha, iżda turi fidi umli u safja. Turina li min jaċċetta saħansitra l-frak jirċievi wisq aktar. Min jagħraf li ma jistħoqqlux jitfaħħar bħala bin/bint il-fidi u bħala nisel spiritwali ta’ Abraham. Kif titneħħa l-istennija tibqa’ l-gratitudni u tixtered il-grazzja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content