Go to content

L-14 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-14 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (66:10-14ċ)

Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha! Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll li qsamtu swied il-qalb magħha! Hekk intom terdgħu u tixbgħu minn sider il-faraġ tagħha; terdgħu u titgħaxxqu mis-sider mimli tagħha.
Għaliex dan jgħid il-Mulej: «Arani! Sa nifrex fuqha s-sliem bħal xmara, u bħal xmara tfur il-ġid tal-ġnus. U intom terdgħu u fuq id-dirgħajn tintrefgħu, u jżiegħlu bikom fuq l-irkupptejn. Bħalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom u f’Ġerusalemm titfarrġu. Taraw u tifraħ qalbkom, u għadamkom bħal ħaxix iħaddar; u jagħrfu fil-qaddejja tiegħu id il-Mulej.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
AĦNA AMBAXXATURI TAL-MULEJ
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 7 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ġenesi 28:10-22a; Salm 90:1-4.14-15ab; Mattew 9:18-26.
It-Tlieta 8 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ġenesi 32:22-32; Salm 16:1-3.6-8b.15; Mattew 9:32:38.
L-Erbgħa 9 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ġenesi 41:55-57; 42:5-7a.17-24a; Salm 32:2-3.10-11.18-19; Mattew 10:1-7.
Il-Ħamis 10 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ġenesi 44:18-21.23b-29; 45:1-5; Salm 104:16-21; Mattew 10:7-15.
Il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju: San Benedittu, abbati u patrun tal-Ewropa (F). Qari: Proverbji 2:1-9; Salm 33:2-4.6.9.12.14-15; Mattew 19:27-29.
Is-Sibt 12 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġenesi 49:29-33; 50:15-26a; Salm 104:1-4.6-7; Mattew 10:24-33.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content