L-14 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-14 Ħadd matul is-sena Ċ

IL-MULEJ ĦALLA F'IDEJN IL-BNIEDEM IL-ĦIDMA TA' ALLA
 
Aħna u naqraw dan il-Vanġelu ma nistgħux ma nistagħġbux bis-sehem wiesa’ li l-Mulej ta lill-bniedem fil-ħidma tat-tixrid ta’ Saltnatu. F’dawk it-tnejn u sebgħin hemm aħna lkoll. Il-Mulej bagħat u għadu jibgħat bnedmin biex ixandru l-ħidma ta’ Alla. Il-Vanġelu jwassal lill-bniedem fil-perfezzjoni permezz tal-bniedem mibgħut minn Alla. Hemm imbagħad aspett ieħor interessanti: mhijiex importanti biss il-ħidma tal-bniedem għax-xandir, iżda t-talb tiegħu wkoll. Mhux biss il-kelma tiegħu, iżda s-skiet tiegħu wkoll: «Itolbu lil Sid il-ħsad.» It-talb tagħna hu ta’ importanza kbira biex jitkattru x-xandara tas-Saltna. Il-ħidma tagħna hi essenzjali biex ngħarrfu u nixhdu għas-Saltna ta’ Alla. Fi ftit kliem, il-Mulej ħalla f’idejn il-bniedem ħidma ta’ Alla. Jekk ninħbew wara skużi ta’ umiltà falza nkunu qed ninsew li l-ħidma ta’ Alla li nagħmlu hi l-“iva” tagħna li ssieħeb l-“Iva” ta’ Alla, id-dgħufija tagħna msaħħa bil-qawwa tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content