L-14-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (2:2-5)
F’dak iż-żmien, daħal fija l-ispirtu u waqqafni fuq riġlejja; u smajt x’kien qiegħed jgħidli.
Qalli: «O bniedem, qiegħed nibagħtek għand ulied Israel, ġens ta’ nies rashom iebsa, li rvellaw kontra tiegħi; dinbu kontra tiegħi, huma u missirijiethom sal-lum stess. Huma nies wiċċhom sfiq u qalbhom iebsa. Sa nibagħtek għandhom, biex tgħidilhom: “Dan jgħid Sidi l-Mulej.” Jisimgħu u ma jisimgħux - nies ta’ ras iebsa huma - ħa jkunu jafu li hemm profeta f’nofshom.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 8 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 2:16-18.21-22; Salm 144:2-9; Mattew 9:18-26.
■ It-Tlieta 9 ta’ Lulju: Ferja / Santu Wistin Zhao Rong, presbiteru, u sħabu, martri (T). Qari: Ħosegħa 8:4-7.11-13; Salm 113:3-10; Mattew 9:32-38.
■ L-Erbgħa 10 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 10:1-3.7-8.12; Salm 104:2-7; Mattew 10:1-7.
■ Il-Ħamis 11 ta’ Lulju: San Benedittu, abbati u patrun tal-Ewropa (F). Qari: Proverbji 2:1-9; Salm 33:2-4.6.9.12.14-15; Mattew 19:27-29.
■ Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 14:2-10; Salm 50:3-4.8-9.12-14; Mattew 10:16-23.
■ Is-Sibt 13 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Marija f’jum is-Sibt (T) / San Enriku (T). Qari: Isaija 6:1-8; Salm 92:1ab.1ċ-2.5; Matew 10:24-33.
F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.