L-14-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-14-il Ħadd matul is-sena B

IL-BRUDA TAL-POPLU
«U baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom.» Ġesù jerġa’ lejn pajjiżu u jħoss il-bruda, l-għeluq tal-imħuħ fejn jidħol hu. Dan l-atteġġament ta’ djuq tal-moħħ u l-qalb juri ċertu nuqqas ta’ rieda li wieħed joqgħod jisma’ tabilħaqq il-Kelma ta’ Alla u jara l-għemil tas-salvazzjoni. U hemm fejn ma tistagħġibx iżjed b’Alla u bil-proxxmu, ma tkun tista’ tara ebda miraklu: «Hemmhekk ma seta’ jagħmel ebda miraklu.» Ħafna drabi fil-mixi tagħna niltaqgħu ma’ profeta li jwasslilna l-Kelma ta’ Alla, iżda aħna nibqgħu magħluqin fl-iskemi mentali tagħna u nħalluha taħarbilna l-possibbiltà li niltaqgħu ma’ Alla b’mod ġdid u nikbru bħala bnedmin fil-qasam spiritwali. Jalla ma jiġrilniex li ma nilmħux id-doni li Alla tana, li nitfixklu quddiem in-novità li Alla jqiegħed quddiemna b’mod straordinarju fil-ħajja tagħna ta’ kuljum! Jalla l-Ispirtu jgħinna nilmħu s-sinjali taż-żminijiet, u ma jħalliniex inqisu bħala ħaġa ta’ xejn l-għarfien ta’ Alla u tal-proxxmu f’pajjiżna, fost il-ħbieb u l-qraba, f’darna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content