L-14-il Ħadd matul is-sena B
ĠESÙ MHUX MILQUGĦ MILL-POPLU
Ġesù qalilhom: «Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.» U hemmhekk ma seta’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom… Is-setgħa bla tarf ta’ Alla ma tistax tinfied mid-“dgħufija bla tarf” tiegħu. Alla, fi kliem ieħor, għandu għal qalbu l-libertà tal-bniedem. Din hi espressjoni ta’ mħabbtu, għax min iħobb ma jġigħelx, ma jisfurzax it-tweġiba għall-imħabba, iżda jħalli lill-ieħor ħieles kemm biex jgħid iva għall-imħabba, u kemm biex jgħid le. Il-ħidma ta’ Alla tqiegħed kuruna fuq l-iva tal-bniedem u ma tiżlugax il-kollaborazzjoni tiegħu. Hekk nagħrfu li t-twemmin tagħna, l-iva tagħna, mhuwiex indifferenti. Il-kunsens tagħna jifaħ l-ispazju għall-ħidma ta’ Alla u ċ-ċaħda tagħna tagħlaq it-triq tal-grazzja. Din kienet it-tagħlim li ħa San Ġwann Bosco fi xjuħitu meta kien iqarar: «Kieku kelli fidi mitt darba aktar, kont nagħmel mitt darba aktar minn dak li għamilt.» Qisu jrid jgħid: l-uniku limitu għall-ħidma ta’ Alla ma jinsabx fih, iżda fik... Emmen u tara l-Infinit fil-mixi tal-finit.