L-14-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-14-il Ħadd matul is-sena B

PROFETA MHUX MILQUGĦ

Mill-istorja biblika nafu li rari ħafna, jekk qatt, li profeta jkun milqugħ min-nies li lilhom iwassal il-messaġġ ta’ Alla. Aħna l-bnedmin magħmulin hekk: kif inħabbtu wiċċna ma’ dak li jrid Alla minna, naraw x’naqilgħu biex naħarbulu. Għax il-messaġġ ta’ Alla ġeneralment ikun il-maqlub ta’ dak li rridu aħna. Hekk ġralu wkoll Ġesù dakinhar li mar f’pajjiżu stess, fejn trabba u kien jgħix u jaħdem sa ma beda l-ħajja pubblika tiegħu. In-nies, li kienu jafu lilu u lill-familja tiegħu, rawh imdawwar bid-dixxipli u tfixklu għax qatt ma basru li l-mastrudaxxa tar-raħal f’daqqa waħda jsir rabbi jew mgħallem tal-ħwejjeġ ta’ Alla. Għalkemm huma stagħġbu b’dak li għallem u bl-għeġubijiet li beda jagħmel, ma ridux jemmnu fih. Għajnejhom donnhom għamew quddiem dak is-sinjal u ma għarfux f’Ġesù l-grazzja ta’ Alla-Salvatur. Dan jista’ jiġri lilna wkoll meta ma noqogħdux attenti għas-sinjali taż-żminijiet u ma nagħrfux x’ħejja Alla għalina llum, għax dak li bih jinqeda Alla narawh sempliċi żżejjed.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content