Go to content

L-14 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-14 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija (9:9-10)

Dan jgħid il-Mulej: “Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon, għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!
Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek; ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta’ ħmara.
Hu jeqred il-karru minn Efrajm u ż-żiemel minn Ġerusalemm; jinqered il-qaws tal-gwerra. Hu jxandar il-paċi lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar, u mix-xmara tal-Ewfrat sat-trufijiet.”
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 6 ta’ Lulju: Ferja / Santa Marija Goretti, verġni u martri (T). Qari: Ħosegħa 2:16-17b.18.21-22; Salm 144:2-9; Mattew 9:18-26.
It-Tlieta 7 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 8:4-7.11-13; Salm 113b:3-10; Mattew 9:32-38.
L-Erbgħa 8 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 10:1-3.7-8.12; Salm 104:2-7; Mattew 10:1-7.
Il-Ħamis 9 ta’ Lulju: Ferja / Santu Wistin Zhao Rong, presbiteru u sħabu, martri (T). Qari: Ħosegħa 11:1-4.8ċ-9; Salm 79:2aċ.3b.15-16; Mattew 10:7-15.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Ħosegħa 14:2-10; Salm 50:3-4.8-9.12-14.17; Mattew 10:16-23.
Is-Sibt 11 ta’ Lulju: San Benedittu, abbati u patrun tal-Ewropa (F). Qari:  Proverbji 2,: 1-9; Salm 33: 2-4.6.9.12.14-15; Mattew 19: 27-29.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content