L-14 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-14 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-UMLI U L-IMKABBAR F'GĦAJNEJN ALLA
Salm 138 jgħallimna li Alla jħares lejn l-umli, filwaqt li jagħraf mill-bogħod lill-imkabbar. Għalhekk l-umli jista’ jagħraf lil Alla aħjar, għax jersaq lejh f’post aktar mill-qrib, post li deher b’mod mill-aktar ċar f’Ġesù Kristu: l-umiltà. Teologu tas-seklu 17, Jacques Bossuet, kiteb dwar ir-rabta bejn l-umiltà u l-għarfien ta’ Alla: «Ħafna jistagħġbu għax jidher li Alla nħeba u jistaqsu għala. It-tweġiba sempliċi: l-umiltà għabet u Alla ma jħossux f’postu f’dinja mimlija b’nies imkabbrin. Anki kieku Alla jitkellem, ħadd ma jseħħlu jisma’ leħnu: l-imkabbar ma jistax jisma’ leħen Alla.» Kliem is-salm u r-riflessjoni ta’ Bossuet ma jagħmlu xejn ħlief iwettqulna dak li Ġesù jgħid bil-ħerqa: «Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.» Din mhijiex ġibda lejn l-injoranti, kif forsi hemm min jifhem ħażin, iżda lejn iż-żgħar, jew l-umli.  

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content