Go to content

It-Trinità Qaddisa - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-Trinità Qaddisa - Sena Ċ


AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Proverbji (8:22-31)

Dan jgħid il-Għerf ta’ Alla: «Il-Mulej kellu lili sa mill-bidu ta’ għemilu, sa minn qabel l-eqdem għemejjel tiegħu. Sa minn dejjem twaqqaft, mill-bidu, qabel ma nbdiet id-dinja.
Kien għad m’hemmx l-ibħra l-kbar, meta tnissilt jien, kien għad m’hemmx għejun inixxu l-ilma; qabel ma tqiegħdu l-muntanji, qabel l-għoljiet jien twelidt. Kien għadu ma għamilx l-art bir-raba’ tagħha, u lanqas l-ewwel traba tal-art.
Meta ħejja s-smewwiet jien kont hemm, meta ħażżeż dawra fuq wiċċ il-baħar kbir, meta saħħaħ is-smewwiet hemm fuq, u qiegħed fis-sod in-nixxigħat ta’ qiegħ il-baħar; meta ħażżeż trufijiet il-baħar, biex l-ilmijiet ma jaqbżux trufhom; meta qiegħed sisien l-art, jien kont maġenbu bħala tfajjel, l-għaxqa tiegħu, jum wara ieħor, nitliegħeb il-ħin kollu quddiemu; nitliegħeb fuq l-art imħejjija għall-bnedmin, nitgħaxxaq b’ulied il-bnedmin.»
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 16 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Korintin 6:1-10; Salm 97: 1.2-3ab.3ċd-4; Mattew 5:38-42.
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Korintin 8:1-9; Salm 145: 1b-2.5-6.7.8-9; Mattew 5:43-48.
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Korintin 9:6-11; Salm 111:1-4.9; Mattew 6:1-6.16-18.
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju: Ferja / San Romwaldu, abbati (T). Qari: 2 Korintin 11:1-11; Salm 110:1-4.7-8; Mattew 6:7-15.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Korintin 11:18.21b-30; Salm 33:2-7; Mattew 6:19-23.
Is-Sibt 21 ta’ Ġunju: San Alwiġi Gonzaga, reliġjuż (TO). Qari: 2 Korintin 12:1-10; Salm 33:8-13; Mattew 6:24-34.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content