It-Trinità Qaddisa Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trinità Qaddisa Ċ
TLIET PERSUNI ALLA WIEĦED
 
It-twemmin fit-Trinità Qaddisa huwa karatteristika speċjali tal-Kristjaneżmu. Il-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla, l-Ispirtu s-Santu hu Alla. Huma tliet persuni distinti imma mhumiex tliet allat iżda Alla Wieħed, ħaj u veru li kien minn dejjem u jibqa’ għal dejjem. Is-silta mill-Vanġelu ta’ San Ġwann tagħmel enfasi fuq l-għaqda intima tat-tliet persuni divini. L-Iben ġie fid-dinja biex bit-tagħlim tiegħu jressaqna lejn il-Missier. Meta għalaqlu ż-żmien li jerġa’ jmur għand il-Missier, huwa wiegħed lid-dixxipli li jibagħtilhom l-Ispirtu tal-verità, il-Paraklitu, biex iwassalhom għall-verità kollha. “Hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’.” Għaliex? Għax l-Ispirtu jgħid dak li jgħidu l-Missier u l-Iben, li magħhom hu Alla Wieħed. Hekk ukoll l-Iben jgħid: “Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi.” Din l-għaqda intima fl-imħabba tal-persuni divini hija l-mudell tal-komunità tal-imħabba li tgħaqqad flimkien lil dawk li huma Nsara tabilħaqq.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content