It-Trinità Qaddisa Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trinità Qaddisa Ċ
1+1+1=1
 
L-idea ta’ Alla li għandna f’qalbna, ejjew ngħidu s-sewwa, hija kerha ħafna. Sakemm ġie Ġesù u qaleb ta’ taħt fuq l-ideat ċkejknin tagħna dwar Alla. U tkellem dwaru bħalma ħadd qatt tkellem u bagħat l-Ispirtu biex, fl-aħħar, nifhmu.

Ġesù jurina li Alla huwa Trinità, jiġifieri komunjoni. Jgħidilna li jekk aħna naraw “minn barra” li Alla hu wieħed, fir-realtà din il-waħdanija hija frott tal-komunjoni ta’ Missier- Omm li jħobb lill-Iben u din l-imħabba tant hi qawwija li ssir persuna: l-Ispirtu s-Santu. Huma daqshekk magħqudin flimkien li huma wieħed, tant huma diretti lejn xulxin li huma magħqudin għalkollox. Alla mhuwiex solitudni, perfezzjoni mhux mittiefsa u ma tinbidilx, egoista kbir għax biżżejjed għalih innifsu, iżda huwa komunjoni, festa, familja, imħabba, ġibda wieħed lejn l-ieħor. Ġesù biss seta’ jdaħħalna fil-kamra ta’ ġewwa ta’ Alla, Ġesù biss seta’ jurina l-hena intimu, it-turment intimu ta’ Alla: il-komunjoni. Hija komunjoni sħiħa, djalogu daqshekk armonjuż, don tiegħu nnifsu daqshekk reali, li aħna, minn barra, naraw Alla wieħed. Alla huwa Trinità, relazzjoni, żifna, festa, armonija, passjoni, don, qalb. Għalhekk fl-aħħar meta, bħala tifel, kont nara l-kappillan jikteb fuq il-lavanja s-somma: 1+1+1=1 u jpinġi trianglu ekwilaterali, fhimt li l-kappillan kien jiżbalja s-somma. F’Alla 1x1x1=1. Sewwasew għax il-Missier iħobb lill-Iben li jħobb lill-Missier u din l-imħabba hija l-Ispirtu s-Santu, li aħna, minn barra, narawh unità assoluta.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content