It-Trinità Qaddisa Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trinità Qaddisa Ċ
ALLA MHUWIEX ASTRATT, ALLA HU ALLA L-ĦAJ
 
«L-imħabba hi l-istess għarfien», hekk kien jgħid Guliermu ta’ Saint Thierry b’referenza għall-Ispirtu s-Santu. L-espressjoni trid tfisser li l-imħabba nfisha hi l-għarfien ta’ dak li jmiss il-ħwejjeġ ta’ Alla. B’mod aktar sempliċi: jekk trid tagħraf lil Alla, ħobb, ħobbu. L-imħabba hija l-bieb li minnu tidħol biex tabilħaqq tagħraf lil Alla. Lil Alla ma tistax tagħrfu bħalma tagħraf kunċett astratt. Alla mhuwiex astratt, Alla hu Alla l-ħaj li jistedinna nidħlu f’rabta miegħu. Il-Vanġelu tal-lum jgħidilna l-istess ħwejjeġ bi kliem differenti. Ġesù jgħid: «Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.» Iżda meta jiġi l-Ispirtu s-Santu – jissokta Ġesù – «l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha.» U San Pawl ifehemna li dan l-Ispirtu tal-verità huwa fl-istess ħin l-Ispirtu tal-imħabba. L-Ispirtu s-Santu huwa l-imħabba ta’ Alla msawba fi qlubna (ara Rum 5:5). Fih aħna nagħrfu lil Alla. Minflok ma jadatta lil Alla għall-ideat u l-ideoloġiji tal-imħabba tagħna, l-Ispirtu s-Santu jerfa’ ’l fuq il-kunċett tagħna ta’ mħabba trinitarja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content