Go to content

It-33 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-33 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Għeluq tal-Ktieb tal-Proverbji (31:10-13.19-20.30-31)

Mara ta’ ħila min isibha? Tiswa ħafna aktar mill-ġawhar. Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta’ ġid. Risq tajjeb iġġiblu, u mhux ħażin, il-jiem kollha ta’ ħajjitha. Tfittex suf u ħjut tal-qoton, u taħdmu bil-qalb b’idejha. Tmidd idejha għall-magħżel, jaqbdu d-dussies idejha. Tiftaħ mal-fqir idejha, tmidd idejha lejn l-imsejken. Qarrieqa l-ħlewwa tal-mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha. Agħtuha mill-frott ta’ xogħol idejha. Ħa jfaħħruha f’bibien il-belt l-għemejjel tagħha.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
UŻA L-BIRO TIEGĦEK

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 20 ta’ Novembru: Ferja. Qari: 1 Makkabej 1:10-15.41-43.54-57.62-64; Salm 118:53.61.134.150.155.158; Luqa 18:35-43.
It-Tlieta 21 ta’ Novembru: Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Mattew 12:46-50.
L-Erbgħa 22 ta’ Novembru: Santa Ċeċilja, verġni u martri (TO). Qari 2 Makkabej 7:1.20-31; Salm 16:1.5-6.8b u 15; Luqa 19:11-28.
Il-Ħamis 23 ta’ Novembru: Ferja / San Klement I, papa u martri (T) / San Kolumbanu, abbati (T). Qari 1 Makkabej 2:15-29; Salm 49:1-2.5-6.14-15; Luqa 19:41-44.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru: Sant’Andrija Dûng Lac, presbiteru, u sħabu, martri (TO). Qari 1 Makkabej 4:36-37.52-59; Salm 1 Kronaki 29:10.11abċ.11d-12a.12bċd; Luqa 19:45-48.
Is-Sibt 25 ta’ Novembru: Ferja / Santa Katerina ta’ Lixandra, verġni u martri (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari 1 Makkabej 6:1-13; Salm 9:2-3.4 u 6.16b u 19; Luqa 20:27-40.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content