It-33 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-VERITA LI TINTWERA LILNA
Hemm fatt tal-biża’ fil-Vanġelu tal-lum: bħala bniedem ninsab responsabbli tal-idea li nsawwar ta’ Alla. Anki jekk qegħdin nitħaddtu fuq żewġ Vanġeli differenti, il-Vanġelu tal-bieraħ jixħet dawl qawwi fuq il-Vanġelu ta’ Alla u jiswielna ħafna naqraw l-Iskrittura fid-dawl tal-Iskrittura… Il-qaddej il-ħażin kien iġġudikat l-ewwel nett għall-preġudizzju tiegħu. Hemm fatt tal-biża’ fil-Vanġelu tal-lum: bħala bniedem ninsab responsabbli tal-idea li nsawwar ta’ Alla. Anki jekk qegħdin nitħaddtu fuq żewġ Vanġeli differenti, il-Vanġelu tal-bieraħ jixħet dawl qawwi fuq il-Vanġelu ta’ Alla u jiswielna ħafna naqraw l-Iskrittura fid-dawl tal-Iskrittura… Il-qaddej il-ħażin kien iġġudikat l-ewwel nett għall-preġudizzju tiegħu. Iżda din il-verità tintwera lilna mhux biex iġġibilna d-dwejjaq. Dak li jgħidilna Ġesù, jgħidu biex jistedinna, anzi, biex iħeġġiġna nagħmlu l-qabża fil-għarfien tagħna ta’ Alla. Liema xbieha ta’ Alla għandek? Mnejn ġibtha? Mill-beżgħat tiegħek? Mill-iskrupli tiegħek? Mill-ambizzjonijiet tiegħek? Mil-laxkezza jew mill-ebusija tiegħek? Ix-xbieha vera ta’ Alla jagħtihielna dak il-wieħed li ra lill-Missier, Ġesù. «Ħadd ma jagħraf il-Missier jekk mhux l-Iben, u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.» Mela nisimgħu lill-Iben... Il-parabbola tat-talenti tagħtina tagħlima kbira fuq il-ħajja: il-bidu tal-ħajja hu l-kixfa tad-don tiegħi, li nifhem li jiena don. L-għan tal-ħajja hu li minnha nagħmlu don.