Go to content

It-32 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-32 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (6:12-16)

L-għerf jiddi, bla qatt ma jnemnem, malajr jagħrfuh dawk li jħobbuh, u jsibuh dawk li jfittxuh.
Hu jħabrek biex jidher lil dawk li jixtiquh. Min ibakkar ifittxu, ma jitħabatx, għax ħdejn biebu bilqiegħda jsibu. L-aqwa tal-għaqal hu li taħseb fl-għerf, u min jishar għalih malajr jeħles mill-inkwiet.
L-għerf idur u jfittex lil dawk li jixirqulu, kollu ħlewwa jidhrilhom fit-triq, u jiltaqa’ magħhom f’kull ħsieb tagħhom.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
KUN MOĦĦOK HEMM!

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 13 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Għerf 1:1-7; Salm 138:1-3.4-6.7-8.9-10; Luqa 17:1-6.
It-Tlieta 14 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Għerf 2:23 – 3:9; Salm 33:2-3.16-17,18-19; Luqa 17:7-10.
L-Erbgħa 15 ta’ Novembru: Ferja / San Albertu l-Kbir, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: Għerf 6:1-11; Salm 81:3-4.6-7; Luqa 17:11-19.
Il-Ħamis 16 ta’ Novembru: Ferja / Santa Margerita tal-Iskozja (T) / Santa Ġertrude, verġni (T). Qari: Għerf 7:22 – 8:1; Salm 118:89.90.91.130.135.175; Luqa 17:20-25.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru: Santa Eliżabetta tal-Ungerija (TO). Qari: Għerf 13:1-9; Salm 18:2-3.4-5; Luqa 17:26-37.
Is-Sibt 18 ta’ Novembru: Ferja / Id-dedikazzjoni tal-Bażilki ta’ San Pietru u San Pawl, appostli (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Għerf 18:14-16; 19:6-9; Salm 104:2-3.36-37.42-43; Luqa 18:1-8. Jekk issir it-tifkira tad-Dedikazzjoni: Qari: Atti 28:11-16.30-31; Salm 97:1-6; Mattew 14:22-23.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content