It-32 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-32 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-ISTENNIJA GĦAL GĦARUS

X’kien jonqoshom ix-xebbiet il-boloh? X’kien ifisser iż-żejt? Ejjew inħarsu lejn imkejjen oħra fejn jissemma ż-żejt fl-Iskrittura biex ikollna idea. Dawn huma ħafna, iżda nagħżel li nieqaf flimkien magħkom fuq imkien wieħed partikulari: is-salmista jorbot iż-żejt mal-hena u jsemmi ’l «żejt il-hena». Jista’ jkun li kien jonqoshom l-hena, li mhijiex dak il-ferħ isteriku. L-hena veru huwa għarfien seren li tkun magħżul għaż-żwieġ b’mod li tgħix fil-preżenza tal-Għarus meta hu jkun nieqes, tgħix bil-kelma tiegħu fis-skiet, tgħix daqslikieku jinsab miegħek anki jekk donnu jitwaħħar. Naqsilhom l-hena fid-dell tas-salib, dak l-hena li jiġi mill-għarfien tal-qawwa tan-Nifs tiegħu li jidħol fil-ħolm maqtugħ, fid-dmugħ u f’min ma jseħħlux jieqaf fuq saqajh, min jinsab għarkopptejh u għalhekk jagħżel li “jtir għarkopptejh” bil-ġwienaħ tat-talb. L-imħabba taf tistenna u l-istennija tagħha hija hena… B’danakollu, il-qalb tgħajjat xorta: Ġesù la titwaħħarx. Ejja, Mulej. Iddumx. Ġegħelna nħossu l-ferħ u l-hena ta’ leħen l-Għarus.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content