It-32 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb tal-Makkabej (7:1-2.9-14)
F’dak iż-żmien, qabdu seba’ aħwa u ’l ommhom; u s-sultan beda biex jisfurzahom bid-daqqiet tas-swat u tan-nerv biex jieklu l-laħam tal-majjal li ma jiswiex.
Wieħed minnhom beda jitkellem f’isem l-oħrajn u qal: «X’int tfittex tistaqsi u trid taf minna? Aħna lesti mmutu, imma m’aħniex lesti niksru l-liġijiet ta’ missirijietna.»
U t-tieni wieħed, kif kien fl-aħħar nifs, qallu: «Int, bniedem mill-agħar, int sa ċċaħħadna mill-ħajja ta’ issa, imma s-sultan tad-dinja għad iqajjimna għall-ħajja ta’ dejjem, lilna li sa mmutu għal-liġijiet tiegħu.»
Imbagħad wara dan bdew jittorturaw it-tielet wieħed u malli talbuh ħareġ minnufih ilsienu u bla biza’ ta’ xejn midd idejh u ta’ qalbieni li kien għajjat: «Mis-sema ksibthom dawn, u għal-liġijiet tiegħu jien nistmerrhom, għax mingħandu nittama li għad nerġa’ niksibhom.» Saħansitra s-sultan u dawk ta’ madwaru stagħġbu bil-qawwa ta’ dan iż-żagħżugħ, kif l-uġigħ ma kien iqisu xejn.
Meta miet dan bdew jittorturaw u jbiċċru r-raba’ wieħed bl-istess mod. Meta wasal fl-aħħar qal: «Aħjar li wieħed imut b’idejn il-bnedmin meta jkollu t-tama mingħand Alla li għad iqajmu mill-ġdid. Imma għalik mhemmx qawmien għall-ħajja.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 7 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Titu 1:1-9; Salm 23:1-6; Luqa 17:1-6.
■ It-Tlieta 8 ta’ Novembru: Ferja. Qari: Titu 2:1-8.11-14; Salm 36:3-4.18.23.27.29; Luqa 17:7-10.
■ L-Erbgħa 9 ta’ Novembru: Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran (F). Qari: Eżekjel 47:1-2.8-9.12; 1 Korintin 3:9-11.16-17; Salm 45:2-3.5-6.8-9; Ġwanni 2:13-23.
■ Il-Ħamis 10 ta’ Novembru: Sant’Iljun il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Filemon 7-20; Salm 145:7-10; Luqa 17:20-25.
■ Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru: San Martin ta’ Tours, isqof (TO). Qari: 2 Ġwanni 4-9; Salm 118:1.2.10.11.17.18; Luqa 17:26-37.
■ Is-Sibt 12 ta’ Novembru: San Ġosofat, isqof u martri (TO). Qari: 3 Ġwanni 5-8; Salm 111:1-6; Luqa 18:1-8.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.