It-32 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-32 Ħadd matul is-sena Ċ
KOLLOX IKUN GĦAL ALLA U F’ALLA
 
«Il-bnedmin f’din id-dinja jiżżewġu u jżewġu; imma dawk li jkun jistħoqqilhom jgħaddu għad-dinja l-oħra u jqumu mill-imwiet, dawn la jżewġu u lanqas jiżżewġu.» Tiġi waħedha l-mistoqsija wara li nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù: għaliex fis-saltna ta’ Alla m’hemmx żwieġ? Għax iż-żwieġ huwa realtà negattiva? Xejn minn dan! Għax hemm jiġi fis-seħħ it-tieġ tal-Ħaruf, iż-żwieġ tagħna ma’ Kristu-Għarus. Iż-żwieġ ma jintemmx, iżda fl-aħħar jibda. Jew aħjar, iż-żwieġ jgħaddi mix-xbieha għar-realtà sħiħa. U l-mistoqsija li tiġi wara hija din: Mela dan ifisser li l-irġiel u n-nisa li kienu miżżewġin fid-dinja mhux sa jingħarfu? Anki jekk hemm min dan jittamah, imma mhux sa jiġri hekk. Min ħalaq l-imħabbiet tagħna u bierek ir-rabtiet tagħna mhux sa jxejjinhom, iżda jbiddilhom. Xejn mhu sa jintilef, kollox ikun għal Alla u f’Alla. Kollox ikun imsawwar fuq Kristu biex Alla – fi Kristu – ikun kollox f’kulħadd. Dan hu wiċċ ieħor tal-“aħħar żminijiet”, tal-“eskaton”, li jfakkarhulna t-tmiem tas-sena liturġika, filwaqt li jistedinna ngħixu ż-żmien ta’ issa bit-temma ta’ kollox f’moħħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content