It-30 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (35:12-14.16-18)
Il-Mulej hu mħallef, u ma jħarisx lejn l-uċuħ.
Ma joqgħodx iħares lejn wiċċ dak li jkun b’dannu tal-fqir, u jagħti widen għat-talba tal-magħkus. Ma jagħlaqx widnejh għat-talba bil-ħniena tal-iltim, jew tal-armla li tibki xortiha. Min jaqdi mill-qalb lil Alla jintlaqa’, u t-talba tiegħu titla’ m’ogħla s-sħab.
It-talba tal-umli tinfed is-sħab, u ma toqgħodx bi kwietha qabel tasal qrib il-Mulej, u ma tiqafx qabel mal-Għoli jagħti widen, u jagħti raġun lill-ġusti u jagħmel ħaqq.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 27 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Rumani 8:12-17; Salm 67:2.4.6-7.20-21; Luqa 13:10-17.
■ It-Tlieta 28 ta’ Ottubru: San Xmun u San Ġuda, appostli (F). Qari: Efesin 2:19-22; Salm 18:2-5; Luqa 6:12-19.
■ L-Erbgħa 29 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Rumani 8:26-30; Salm 12:4-6; Luqa 13:22-30.
■ Il-Ħamis 30 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Rumani 8:31b-39; Salm 108:21-22.26-27.30-31; Luqa 13:31-35.
■ Il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Rumani 9:1-5; Salm 147:12-15.19-20; Luqa 14:1-6.
■ Is-Sibt 1 ta’ Novembru: Il-Qaddisin Kollha (S). Qari: Apokalissi 7:2-4.9-14; Salm 23:1-6; 1 Ġwanni 3:1-3; Mattew 5:1-12a.
S = Solennità; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.