It-30 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena Ċ
AĦNA LKOLL GĦARWENIN QUDDIEM ALLA

Il-Fariżej kienu devoti tal-liġi, kienu jfittxu joħolqu kuntrast mal-laxkezza ġenerali tal-poplu,  filwaqt li jħarsu b’reqqa kbira kull direttiva tal-liġi ta’ Alla. Tabilħaqq, il-Fariżew narawh arroganti iżda, fis-sewwa, huwa biss mimli bil-ħeġġa. X’inhi, mela l-problema tal-Fariżew?

Hemm mod kif wieħed jgħix u jkun dixxiplu mimli bl-arroganza u bih innifsu, mimli b’ċertezzi li jitfagħhom f’wiċċ l-oħrajn (biżżejjed inħarsu lejn il-livell tal-pika politika u ideoloġika li fiha qed ngħixu!) Hemm mod kif wieħed jgħix u jkun dixxiplu mimli bit-tiftix u l-umiltà, bix-xewqa għas-smigħ biex jifhem, bl-issoktar fit-tiftix, għad li jkun diġà sab il-Mulej. Il-Vanġelu tal-lum iwiddibna nħallu ftit spazju għall-Mulej, ma nobsrux, ma nistennewx, ma ngħaddux iż-żmien nagħmlu l-listi tal-virtujiet tagħna. Aħna lkoll għarwenin quddiem Alla, ilkoll tallaba, ilkoll midinbin. Ma nistgħux niġġudikaw, jekk mhux billi nitilqu mil-limitu, jekk mhux mill-aħħar post li l-Iben ta’ Alla ried jgħammar fih. Għal darb’oħra, il-Mulej jitlob minn kull wieħed minna li nkunu awtentiċi, li jkollna l-ħila li nersqu quddiemu mingħajr maskri. Alla ma jeħtieġx nies bravi li jidhru quddiemu biex itaptpilhom waħda fuq spallithom għall-faraġ, iżda wlied li jħobbu joqogħdu ma’ missierhom, b’awtentiċità sħiħa u kultant drammatika. Din hi l-kundizzjoni biex, bħall-pubblikan, niksbu l-indiema tal-qalb.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content