It-30 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena Ċ
MIN JITKABBAR JIĊĊEKKEN

Ġesù ħalaq il-parabbola tal-Fariżew u l-pubblikan biex juri kemm ma kienx iniżżel l-arroganza spiritwali. U dan ried jurih l-aktar lill-Fariżej li żgur li kienu fost dawk l-uħud li kienu jaħsbu li huma nies tajba u jmaqdru u jiġġudikaw lill-oħrajn. Illum dan qiegħed jgħidu lilna. Fil-parabbola Ġesù jsemmi żewġ estremi: il-Fariżew li kien iħares il-Liġi sal-iċken tikka, u l-pubblikan, kollaboratur tar-Rumani, ħalliel, spaċċatur u aktarx ukoll protettur tal-prostituti. Ninnutaw li t-talba tiegħu, il-Fariżew qalha f’qalbu. Imma Alla, li jaqra qlub il-bnedmin, semgħu u stmerru, għax kien arroganti quddiemu. Alla sema’ wkoll it-talba umli tal-pubblikan, li qagħad fil-bogħod u lanqas biss refa’ ħarstu lejn is-sema: “O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb.” Ġesù tkellem ċar: “Ngħidilkom li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat.” L-Iben ta’ Alla ġie fid-dinja biex isejjaħ lill-midinbin għall-indiema. Hu ġie bħala tabib għal dawk li huma morda, mhux għal dawk li huma b’saħħithom.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content