It-30 Ħadd matul is-sena Ċ
META MA NIĠĠUDIKAWX LILL-OĦRAJN, KRISTU JIĠĠUSTIFIKANA
«L-għarfien tiegħek innifsek u ta’ dnubietek huwa l-ħobż li bih, fil-mixja tat-talb, irridu nsieħbu l-ikel l-ieħor kollu, ikun kemm ikun delikat, u mingħajr dan il-ħobż, ma tistgħux issostnu lilkom infuskom.» Santa Tereża ta’ Ġesù tagħti dan il-parir lil min irid jgħix ħajja mgħaddsa fit-talb u fl-għaqda mal-Mulej. Il-qaddisa tar-riforma Karmelitana tistedinna, bi kliem meħud mill-Vanġelu, inqisu l-frażi «nagħmlu s-sewwa» bħala waħda mill-pilastri b’saħħithom tal-ħajja tat-talb u tal-ħajja spiritwali. Jekk nagħrfu l-faqar tagħna, jekk nagħrfu l-verità tagħna, il-Mulej hu għani fil-ħniena u jiksina bil-għana tal-grazzja tiegħu. Jekk mingħalina li aħna għonja u ma għandna bżonn ħadd, niċċaħħdu mill-possibbiltà li nimtlew bil-milja ta’ Alla. Ejjew nitgħallmu minn dak l-imgħallem il-kbir tat-talb li Ġesù jqegħdilna quddiemna: il-pubblikan tal-parabbola tal-lum. Aħna u nagħrfu l-faqar tagħna, nagħtu l-wisa’ lill-għana ta’ Alla. Meta ma niġġudikawx lill-oħrajn, Kristu jiġġustifikana.