It-30 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (22:20-26)
Dan jgħid il-Mulej: «La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art tal-Eġittu.
La taħqrux l-armla jew l-iltim, għax jekk taħqruhom, u huma jsejħuli, jien żgur nismagħha l-għajta tagħhom; u l-qilla tiegħi tixgħel, neqridkom bix-xabla; u n-nisa tagħkom jormlu u wliedkom jisfaw iltiema.
Jekk inti tislef lil xi fqir mill-poplu tiegħi, iġġibx ruħek miegħu bħal wieħed sellief, u teħodlux imgħax.
Jekk lil għajrek teħodlu l-libsa tiegħu b’rahan, agħtihielu lura qabel inżul ix-xemx; għax hu dik biss għandu biex jitgħatta, dik biss l-għata ta’ ġismu; inkella fiex tridu jorqod? Għax jekk isejjaħli, jiena nisimgħu, għax jien ħanin.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 26 ta’ Ottubru. Ferja. Qari: Efesin 4:32,5:8; Salm 1:1-4.6; Luqa 13:10-17.
■ It-Tlieta 27 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 5:21-33; Salm 127:1-5; Luqa 13:18-21.
■ L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru: San Xmun u San Ġuda, appostli (F). Qari: Efesin 2: 19-22; Salm 18: 2-5; Luqa 6: 12-19.
■ Il-Ħamis 29 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Efesin 6:10-20; Salm 143:1.2.9-10; Luqa 13:31-35.
■ Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Filippin 1:1-11; Salm 110:1-6; Luqa 14:1-6.
■ Is-Sibt 31 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Filippin 1:18b-26; Salm 41:2.3.5bċd; Luqa 14:1.7-11.
F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.