It-30 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena A
MA JĦOBBX LIL ALLA MIN MA JĦOBBX LIL GĦAJRU

Ġesù dejjem kien isib lil xi ħadd jipprova jaqbdu f’xi kelma biex idaħħlu f’polemika ma’ xi grupp u jġelldu. Issemmew il-Fariżej, is-Sadduċej, il-Kittieba, ix-Xjuħ tal-poplu... u oħrajn. Did-darba l-Fariżej staqsewh liema hu l-akbar kmandament fil-liġi. Dawn u l-għorrief tal-liġi kienu dejjem jiddiskutu dwar liema mill-400 liġi u fuqhom li huma kienu żiedu mal-10 kmandamenti biex ifissruhom hu l-akbar. Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra. Lil Ġesù riedu jdaħħluh f’din il-polemika. Iżda Ġesù ma għamel xejn ħlief ġabar fil-qosor l-10 kmandamenti li Alla kien ta lil Mosè: “Ħobb lil Alla b’qalbek kollha... ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Dan ifisser li l-aqwa u l-akbar liġi hi dik tal-imħabba li quddiemha kollox iċedi għax “Alla hu mħabba”. Dan ifisser ukoll li meta nħobb lil għajri nkun inħobb lil Alla u ma nistax inħobb lil Alla jekk ma narahx preżenti fil-proxxmu u nħobbu fih.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content