It-30 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-IMĦABBA: ALLA, INT U JIEN

Nietzsche kien isejjaħ l-imħabba tal-proxxmu – tant importanti u ċentrali fil-Kristjaneżmu – «il-marda tal-proxxmu.» Minn kif kultant ngħixu u nifhmu l-imħabba tal-proxxmu, ikollna ngħidu li kultant ikollu raġun! Mhux fis-sens kif kien jifhmu hu, jiġifieri li l-imħabba tal-proxxmu hija marda, u li jeħtieġ inkunu egoisti u qawwijin fl-egoiżmu tagħna. Żgur li le! Iżda fis-sens li kultant inħobbu l-proxxmu b’mod żbaljat, b’mod marid. Kultant inħobbu lill-oħrajn bilfors, imġegħlin, mhux b’mod ħieles. L-imħabba tagħna għall-ħaddieħor kultant titlobna nġagħluh iħoss it-toqol ta’ mħabbitna, ta’ dak li nistennew minnu, anzi, tal-pretensjonijiet tagħna. Biex inwarrbu l-imħabbiet morda, Ġesù jsejħilna biex inżomm bilanċ diffiċli iżda fundamentali bejn tliet irkejjen tal-imħabba: Alla, int u jien. Jekk waħda minn dawn tgħib, ma nkunux inħarsu l-akbar kmandament, imma nkunu dħalna fil-fundamentaliżmu, fl-altruiżmu tabilfors u fl-imħabba tagħna nfusna. Agħtina, Mulej, l-għerf u l-qawwa li nagħrfu nagħtu mħabba meqjusa, int li int l-Għajn tal-imħabba, il-Mudell u l-Għan.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content