It-30 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-30 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-AKBAR KMANDAMNET!

Kienu 613 il-preċetti li l-Lhudi kellu jħares fi żmien Ġesù. Mill-għaxar kelmiet mogħtija lil Mosè biex titwaqqaf ir-rabta mal-poplu kienu waslu għal dal-masġar ta’ liġijiet u rqaqat biex jibnu ċint madwar it-Torah, kif riedu r-rabbini.

Liema hu l-akbar kmandament? Kollha kbar, kellu jwieġeb in-Nazzarenu, biex jogħġob lill-Kittieba u lill-Fariżej. X’inhu importanti fil-ħajja tal-fidili? Ħobb lil Alla bil-qawwiet tiegħek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu. Ħobb bil-qawwiet tiegħek kollha: jiġifieri mill-aħjar tal-ħiliet tiegħek, tas-setgħat tiegħek, tal-esperjenza tiegħek u tal-karattru tiegħek. Bħallikieku Ġesù qed jgħidilna: agħmel mill-aħjar. Ħobb lil Alla b’ruħek kollha: aħjar ngħidu b’ħajtek kollha, bla ma tgħix żewġ ħajjiet, int u ssib lil Alla f’kull attività, f’kull esperjenza, anki jekk id-dehra tibqa’ fil-bogħod, anki jekk bit-tbatija. In-Nisrani hu dak li jgħaqqad f’qalbu, li jagħmilha tal-unifikatur, li jsib raġuni li tgħaqqad kollox. Kemm hi ħaġa ta’ niket tara lil xi Nsara li jqabbżu lil Alla biss meta jservi! Ħobb lil Alla b’moħħok kollu: bid-dehen, int u tistudja, u tidħol fil-fond tar-raġunamenti. Hi ħaġa ma titwemminx li ssib nies li jemmnu li, filwaqt li lkoll ikollhom idumu jistudjaw għoxrin sena biex jiksbu xi xogħol, jaħsbu li l-fidi hija biss emozzjoni u ma jafux ifissru mnejn tkun ġejja t-tama li jkollhom!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content