Go to content

It-3 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Neħemija (8:2-4a.5-6.8-10)

F’dak iż-żmien, Esdra l-qassis ġieb il-Ktieb tal-Liġi quddiem il-ġemgħa, li kienet magħmula minn irġiel, nisa u oħrajn, li kienu jifhmu dak li jisimgħu.
U mis-sebħ sa nofsinhar qara minnu quddiem l-irġiel, in-nisa, u dawk li kienu kapaċi jifhmu, iħares lejn il-misraħ li hemm quddiem Bieb l-Ilma. U l-poplu kollu kien attent jisma’ l-qari tal-Ktieb tal-Liġi. Esdra l-iskriba kien wieqaf fuq palk tal-injam, li kienu waqqfu għall-okkażjoni.
Esdra fetaħ il-Ktieb u rah kulħadd jagħmel dan billi kien fil-għoli ’l fuq mill-poplu kollu. U meta fetaħ il-ktieb kulħadd qam bilwieqfa. U Esdra bierek il-Mulej, Alla l-kbir, u l-poplu kollu b’idejh merfugħin ’il fuq wieġeb: «Ammen, ammen.» U nxteħtu għarkupptejhom b’wiċċhom mal-art jagħtu qima lill-Mulej.
Dawn qraw mill-Ktieb tal-Liġi b’mod li jiftiehem, fissruh, u spjegaw il-qari. Neħemija, li kien il-gvernatur, Esdra, il-qassis u skriba, u l-Leviti li kienu qegħdin jgħallmu lill-poplu, qalu lin-nies kollha: «Dan hu jum qaddis, ikkonsagrat lill-Mulej Alla tagħkom. Titnikktux u tibkux!» Għax il-poplu kollu kien infexx jibki meta sama’ kliem il-Liġi.
U żiedu jgħidulhom: «Morru u kulu laħam imsemmen u ixorbu nbid ħelu, u lil dak li ma ħejjewlu xejn ibagħtulu sehem minn dak li għandkom. Dan hu jum qaddis għall-Mulej. La ssewdux qalbkom, għax il-ferħ tal-Mulej il-qawwa tagħkom.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 27 ta’ Jannar: Ferja / Santa Anġela Merici, verġni (T). Qari: Lhud 9:15.24-28; Salm 97:1,2-3ab.3ċd-4.5-6; Mark 3:22-30.
It-Tlieta 28 ta’ Jannar: San Tumas ta’ Aquino, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Lhud 10:1-10; Salm 39:2 u 4ab.7-8a.10.11; Mark 3:31-35.
L-Erbgħa 29 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 10:11-18; Salm 109:1.2.3.4; Mark 4:1-20.
Il-Ħamis 30 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 10:19-25; Salm 23:1-2.3-4ab.5.6; Mark 4:21-25.
Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar: San Ġwann Bosco, presbiteru (TO). Qari: Lhud 10:32-39; Salm 36:3-4.5-6.23-24.39-40; Mark 4:26-34.
Is-Sibt 1 ta’ Frar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Lhud 11:1-2.8-19; Salm Luqa 1:69-70.71-72.73-75; Mark 4:35-41.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content