It-3 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

IR-REGOLA TAL-PERSEVERANZA
Jekk tħares lejn l-istatwi f’xi katidral qadim maġenb il-baħar, tara fenomenu li jħassbek qatigħ. Il-figuri mnaqqxin fil-ġebla iebsa jkunu mmermrin, għax fuqhom ikun nefaħ ir-riħ immellaħ bil-melħ tal-baħar u mgħobbi bir-ramel. Iva, huma sewwasew dawn l-elementi żgħar u rqaq, li mingħalina ma jagħmlux ħsara, li bil-perseveranza u l-ħidma dejjiema, jagħmlu dik il-bidla li biż-żmien tibda tidher, u jħallu sinjal li ma jitħassarx. Fil-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd, ġibidli l-attenzjoni element li ma kontx nagħti kasu: Ġesù mar fis-sinagoga «fejn soltu kien imur». Hu, Bin il-Missier, jobdi r-regola tal-perseveranza, l-umiltà tal-prattika fidila u għaqlija. Jiffrekwenta b’mod regolari l-kelma li titkellem dwaru u dwar il-Missier. Naħseb li dan l-eżempju li jqanqal hu biżżejjed biex isejħilna lejn fedeltà fil-prattika spiritwali. Hekk biss il-kelma li sseħħ fih tilħaqna llum.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content