It-3 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ
INTELLETTWALI ĦAJJIENA
Luqa jrid jurina li l-fidi tiegħu hi waħda sħiħa: mhumiex ħrejjef sbieħ dawk li fihom jemmen, lanqas mhuma devozzjonijiet twajba. U sewwa jagħmel jgħidhulna: wara elfejn sena, għadna nilagħbuha tal-intellettwali ħajjiena.
Ninsabu konvinti li r-reliġjon hi ħaġa utli, ma tagħmilx deni, tgħallem it-tajjeb, iżda fl-aħħar mill-aħħar kollox jintemm bħallikieku kien biss theġġiġa li ma għandhiex ħila tbiddel l-istorja jew ix-xjenza. Il-Vanġelu hu u jibqa’ eżempju mdawwal ta’ ktieb reliġjuż, Ġesù huwa figura ta’ min jammiraha, iżda kollox jitħallat: morali, ħrejjef, duttrina… Luqa jċaqlaq rasu, u jistedinna nieħdu l-fidi tagħna b’aktar serjetà, nieħdu aktar ħin biex inħejju ruħna, biex nifhmu li l-fidi trid titmantna, trid titgħarraf, trid tiftiehem, tkun titfittex. L-erba’ nozzjonijiet li tgħallimna fuq qalbna fil-katekiżmu sikwit huma l-uniku mezz li kellna biex insiru midħla tal-Kristjaneżmu. Ejjew inkunu serji: il-problema hi l-għażż li għandna, il-problema hi n-nesi: ma jimpurtaniex mill-ħajja ġewwiena tagħna, ma ninvestux għal fil-qalba ta’ qalbna ma nemmnux. Ejjew ma nibqgħux nilagħbuha tal-atei, ejjew ma naħbux il-medjokrità tagħna wara pretensjoni kulturali li nieqsa mis-serjetà u d-dokumentazzjoni, ejjew nuru rispett lejn dawk li tabilħaqq fittxu u studjaw u għarblu. Bħal Luqa.