IT-3 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona (3:1-5.10)
Il-kelma tal-Mulej waslet lil Ġona u qallu: «Qum, mur f’Ninwè, il-belt il-kbira, u xandrilha li ngħidlek jien.» U Ġona qam u mar f’Ninwè kif qallu l-Mulej.
Issa Ninwè kienet belt kbira għall-aħħar, trid tlitt ijiem biex timxiha. Ġona, kif daħal il-belt, beda ġurnata mixi, ixandar u jgħid: «Erbgħin jum ieħor, u Ninwè ssir ħerba!» In-nies ta’ Ninwè emmnu f’Alla, nedew sawma u libsu l-ixkejjer, mill-kbir saż-żgħir.
U Alla ra x’għamlu, kif reġgħu lura minn triqthom il-ħażina. U Alla raġa’ bdielu mid-deni li qal li kien sa jagħmlilhom, u ma għamlux.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 22 ta’ Jannar: San Publiju, Prinċep ta’ Malta (TO). Qari: Atti 28:1-10; Salm 15:1-2.5.7-8.11; Mattew 25:31-40.
■ It-Tlieta 23 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 2 Samwel 6:12b-15.17-19; Salm 23:7.8.9.10; Mark 3:31-35.
■ L-Erbgħa 24 ta’ Jannar: San Franġisk ta’ Sales (TO) Qari: 2 Samwel 7:4-17; Salm 88:4-5.27-28.29-30; Mark 4:1-20.
■ Il-Ħamis 25 ta’ Jannar: Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl (F). Qari: Atti 22:3-16 jew Atti 9:1-22; Salm 116:1.2; Mark 16:15-18.
■ Il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar: San Titu u San Timotju, isqfijiet (TO). Qari: Lhud 11:1-2.8-19; Salm Luqa 1:69-70.71-72.73-75; Mark 4:35.
■ Is-Sibt 27 ta’ Jannar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T) / Santa Anġela Meriċi (T). Qari: 2 Samwel 12:1-7a,10-17; Salm 50:12-13.14-15.16-17; Mark 4:35-41.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.