It-3 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd matul is-sena B
INDMU U EMMNU FIL-BXARA T-TAJBA

Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Għammied, imbagħad dik ta’ Ġesù nnifsu, tinġabar fi frażi waħda: “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.” Imma x’inhi din il-Bxara t-Tajba? Hija l-wasla ta’ Ġesù, is-Salvatur tad-dinja, dak li fil-persuna tiegħu għaqqad dak li hu ta’ Alla ma’ dak li hu tal-bniedem, dak li jressaq il-bniedem lejn Alla. San Mark jagħmilha ċara li fi Kristu Ġesù, is-Saltna ta’ Alla waslet fostna. Din is-Saltna nilqgħuha meta, bħala dixxipli, nilqgħu s-sejħa ta’ Kristu kif għamlu Xmun u Indrì, u Ġakbu u Ġwanni, li minn sajjieda tal-ħut ħallew lil Ġesù jagħmilhom sajjieda tal-bnedmin. Is-Saltna ta’ Alla hija l-persuna ta’ Ġesù. Ejjew nilqgħu lilu u s-sejħa tiegħu billi nfasslu ħajjitna fuq it-tagħlim u l-eżempju tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content