It-3 Ħadd matul is-sena B
IS-SEJĦA TAL-IMĦABBA
Is-siltiet ta’ dan il-Ħadd iħabbru urġenza, żmien li «qsar» u jistednuna għal għerf sikwit minsi: dak li ngħixu preżenti f’kull waqt ta’ ħajjitna għax kull waqt huwa uniku, huwa farka mill-mużajk tas-Saltna li aħna rridu nilħqu. L-urġenza tal-Vanġelu, iżda, mhijiex marbuta biss maż-żmien. Hija marbuta wkoll u fuq kollox mas-sejħa bla tmiem tal-Imħabba, ma’ leħnu. «Is-Saltna ta’ Alla qorbot.» Hemm Preżent li qed isejħilna biex inkunu preżenti, biex inkunu preżenza. Il-preżenza tiegħu twassal għal għażliet immedjati, irridu malajr inħallu kollox! Ta’ dan jagħtina xhieda li tqanqal Charles de Foucauld. Huwa u rieġa’ mill-Afrika, qara kemm il-Qur’ân u kemm il-Bibbja. Ried jagħti isem lill-inkwiet ta’ qalbu. Ma setax isibhom minn fuq il-mejda, iżda għarkopptejh, fil-konfessjonarju. Huwa u jiktellem dwar din l-ewwel laqgħa tiegħu ma’ Kristu kiteb: «Hekk kif emmint li hemm Alla, fhimt li ma stajt nagħmel xejn ħlief ngħix għalih biss.»