It-3 Ħadd tal-Għid - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (3:13-15.17-19)
F’dak iż-żmien, Pietru qal lill-poplu: «Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu. Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu lill-awtur tal-ħajja. Imma Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna xhieda.
Issa, ħuti, jiena naf li kemm intom u kemm il-kapijiet tagħkom, għamiltu dan għaliex ma kontux tafu. Imma b’hekk Alla temm dak li hu kien ħabbar sa minn qabel b’fomm il-profeti, jiġifieri, li l-Messija tiegħu kellu jbati. Indmu, mela, u erġgħu lura minn dnubietkom biex jinħafrulkom.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 15 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 6:8-15; Salm 118:23-24.26-27.29-30; Ġwanni 6:22-29.
■ It-Tlieta 16 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 7:51–8,1a; Salm 30:3-4.6.7-8.17.21: Ġwanni 6:30-35.
■ L-Erbgħa 17 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 8:1b-8; Salm 65:1-3a.4-5.6-7a; Ġwanni 6:35-40.
■ Il-Ħamis 18 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 8:26-40; Salm 65:8-9.16-17.20; Ġwanni 6:44-51.
■ Il-Ġimgħa 19 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 9:1-20; Salm 116:1-2; Ġwanni 6:52-59.
■ Is-Sibt 20 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 9:31-42; Salm 115:12-17; Ġwanni 6:60-69.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.