It-3 Ħadd tal-Ghid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tal-Għid sena B

L-ESPERJENZA PERSONALI U L-ESPERJENZA KOMUNITARJA
«Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”» F’liema waqt Ġesù wera ruħu? Hu l-waqt li fih l-esperjenza personali taħbat mal-esperjenza komunitarja. Il-Vanġelu tad-dixxipli ta’ Għemmaws huwa mudell: il-Mulej jidħol fl-esperjenza tat-tnejn, iżda din il-preżenza titwettaq bl-esperjenza komunitarja madwar il-kelma tiegħu. U hemm, fl-istess kuntest, jiftħilna għajnejna u dehenna biex nifhmu l-Iskrittura. Irridu nżommu quddiem għajnejna dan il-fatt: il-kelma ta’ Alla ddur fuq kull bniedem, tkebbes lil kull qalb miftuħa u mħejjija, iżda hu fil-qalba tal-komunità li nsibu t-tifsira ta’ din il-kelma li tingħad lil kull wieħed minna. Is-silta ta’ Għemmaws hi ambizzjuża: tħeġġeġ lill-Insara tal-lum jinġabru madwar il-kelma ta’ Alla biex iħossu llum ukoll il-Kelma li tiġi biex tqassmilna l-Iskrittura.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content